Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Iffirma jew ibda inizjattiva

L-inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej hija mod uniku biex tgħinek issawwar l-UE billi tappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi liġijiet ġodda. Ladarba inizjattiva tkun laħqet miljun firma, il-Kummissjoni tiddeċiedi x’azzjoni tieħu. Ara kif taħdem pass pass

Jekk tikkunsidra li tibda inizjattiva, ikkonsulta l- Forum tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej għal parir legali u prattiku.

L-aħħar aħbarijiet

New initiative registered
  • 03/12/2025
Irreġistrata inizjattiva ġdida: “Daqshekk standards doppji dwar id-drittijiet tal-bniedem”

Fit-3 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni Ewropea rreġistrat inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Daqshekk standards doppji dwar id-drittijiet tal-bniedem”.

Hija titlob li titwaqqaf sorveljanza standardizzata għad-drittijiet tal-bniedem fl-oqsma kollha ta’ kompetenza tal-Kummissjoni fl-azzjoni esterna tagħha ma’ pajjiżi terzi”. 

L-organizzaturi tal-inizjattiva għandhom sitt xhur biex iniedu l-ġbir tal-firem.

EU flag, with a symbol and name of the European Parliament
  • 28/11/2025
Smigħ pubbliku u dibattitu pleanrju dwar “My Voice, My Choice: Għal Abort Sikur u Aċċessibbli” fil-Parlament Ewropew

Fit-2 ta’ Diċembru, il-Parlament Ewropew se jżomm seduta ta’ smigħ pubblika dwar it-12-il Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ta’ suċċess “Il-Vuċi Tiegħi, l-Għażla Tiegħi: Għal Abort Sikur u Aċċessibbli”. L-organizzaturi ġew mistiedna jippreżentaw l-objettivi tal-inizjattiva u jinvolvu ruħhom mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Hadja Lahbib, il-Kummissarju għall-Ugwaljanza, il-Preparatezza u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet, se tirrappreżenta l-Kummissjoni Ewropea fis-smigħ. 

Fit-18 ta’ Diċembru, Membri tal-Parlament Ewropew se jiddibattu l-inizjattiva matul is-sessjoni plenarja, bil-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.
 

Iż-żewġ laqgħat jixxandru fuq l-internet u jiġu reġistrati.

New initiative registered
  • 25/11/2025
Irreġistrati żewġ inizjattivi ġodda

Fil-25 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rreġistrat żewġ inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej: 

L-organizzaturi tal-inizjattiva għandhom sitt xhur biex iniedu l-ġbir tal-firem.

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?