Era ġdida għad-difiża u s-sigurtà tal-Ewropa Ħarsa ġenerali Il-Kummissjoni Ewropea se taħdem biex tiżgura li ċ-ċittadini Ewropej ikunu mħarsin aħjar mill-perikli u aktar siguri, u li l-Ewropa jkollha l-mezzi biex iżżomm il-paċi permezz ta’ deterrenza kredibbli. Dawn l-aħħar ftit snin fakkruna bil-kbir f’kemm hija fraġli l-paċi. Taw ukoll sinjal ta’ allarm lill-Ewropa biex tara li jkollha l-mezzi biex tipproteġi ruħha u tiskoraġġixxi lill-avversarji potenzjali.Kif jaħsbuha l-Ewropej 78%taċ-ċittadini huma mħassbin dwar is-sigurtà u d-difiża tal-UE81% tal-Ewropej huma favur politika ta’ difiża u sigurtà komuni Sors: Ewrobarometru 2025 Objettivi Li nsawru unjoni Ewropea tad-difiżabiex tipproteġi lill-Unjoni Ewropea u lil nieshaLi nsaħħu l-preparatezza u l-ġestjoni tal-kriżijietbiex inkunu għal-lest biex nirreaġixxu għall-kriżijietLi ntejbu s-sigurtà internabiex nindirizzaw it-theddidiet kollha online u offlineLi nsaħħu l-fruntieri komunibiex nagħmluhom aktar siguriLi niġġestixxu l-migrazzjonib’mod ġust u sod Kif se nilħqu l-objettivi tagħna Matul il-mandat tal-Kummissjoni bejn l-2024 u l-2029 u biex negħlbu l-isfidi tas-sigurtà u d-difiża tal-EwropaLi nsawru unjoni Ewropea tad-difiża Qawwiet militari Ewropej li jipparteċipaw f’eżerċizzji militariSe naġixxu fil-qasam tad-difiża biex nipproteġu lill-Ewropej billingħinu lill-Istati Membri jibnu mill-ġdid, jirrikostitwixxu, u jittrasformaw il-qawwiet armati nazzjonali billi jibnu fuq il-programmi industrijali tad-difiża eżistenti, jinvestu f’kapaċitajiet ta’ livell għoli f’oqsma kritiċi bħat-taqbid fuq il-baħar, fuq l-art, u fl-ajru, it-twissijiet bikrin ibbażati fl-ispazju, u ċ-ċibersigurtàngħinu biex jinġabru flimkien ir-riżorsi u nilqgħu għat-theddidiet komuni permezz ta’ proġetti ewlenin tad-difiża Ewropea li. fl-aħħar mill-aħħar. jiġu deċiżi mill-Istati Membriniżviluppaw suq uniku għall-prodotti u s-servizzi tad-difiża, insaħħu r-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll il-kapaċità tal-produzzjoni fil-qasam tad-difiża, u ninkoraġġixxu l-akkwist konġuntIt-tisħiħ ulterjuri tal-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO se jkun fil-qalba ta’ din il-ħidma. Insaħħu l-preparatezza u l-ġestjoni tal-kriżijiet min-naħa tal-UE Il-pożizzjoni taċ-ċentru ta’ koordinazzjoni tar-reazzjoni f’każ ta’ emerġenza (ERCC, Emergency Response Coordination Centre)Se niżviluppaw strateġija għal unjoni tal-preparatezza biex niżguraw li nkunu mħejjijin aħjar għall-kriżijiet billinippreparaw aħjar lis-soċjetà kollha, inklużi ċ-ċittadini u s-settur privat, għal kriżijiet li jistgħu jinqalgħuinsaħħu l-kapaċitajiet tagħna biex nipprevedu u nantiċipawnindirizzaw theddidiet ġodda, b’mod partikolari theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari (CBRN) u marbut maċ-ċibersigurtànoffru sostenn lill-kontromiżuri mediċi kontra t-theddidiet għas-saħħa pubblika, inkluż l-akkwist konġunt u l-kumulazzjoni ta’ riżerva Niggarantixxu Ewropa aktar sikura u aktar sigura Membri tal-Garda Siochana (il-Pulizija Irlandiża) jagħmlu r-ronda fil-belt ta’ DublinBiex in-nies iħossuhom imħarsin mill-perikli, se naħdmu fuqstrateġija Ewropea ġdida għas-sigurtà Interna fi sforz biex niżguraw li s-sigurtà tiġi integrata fil-leġiżlazzjoni tal-UEpjan ta’ azzjoni Ewropew ġdid kontra t-traffikar tad-droga, li permezz tiegħu se naħdmu ma’ oħrajn biex nimblukkaw ir-rotot u l-mudelli tan-negozju tat-traffikanti tad-drogaaġenda ġdida kontra t-terroriżmu biex nindirizzaw theddidiet ġodda u emerġenti u biex naffrontaw il-finanzjament tat-terroristi u r-radikalizzazzjoni b’aktar qawwa Li nsaħħu l-fruntieri komuni Membru tal-ekwipaġġ tal-frejgata Taljana Virginio Fasan, li sservi fl-ambitu tal-operazzjoni EUNAVFOR ASPIDESBiex ikollna fruntieri komuni aktar b’saħħithomse nagħmlu sistema diġitali tal-ġestjoni tal-fruntieri li tkun tiffunzjona bis-sħiħse nimplimentaw metodu ta’ ġestjoni integrata tal-fruntierise niżviluppaw strateġija tal-UE għall-politika dwar il-viżise niżguraw li ż-żona Schengen tkun kompluta u tiffunzjona bis-sħiħ Naġixxu b’mod ġust u sod fuq il-migrazzjoni Ħaddiem tal-għajnuna umanitarja tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM, International Organization for Migration) miexi f’kamp tar-refuġjatiIl-migrazzjoni hija sfida Ewropea li trid tiġi indirizzata b’soluzzjoni Ewropea. Biex niġġestixxu l-migrazzjoni b’mod effettiv, bis-solidarjetà bħala valur fundamentalise nwettqu l-patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil u ninkwadraw il-viżjoni tagħna, li tħares lejn il-futur, fl-ewwel strateġija Ewropea dwar il-migrazzjoni u l-ażil, li se tkopri ħames sninse nimbuttaw ’il quddiem approċċ komuni ġdid għar-ritorni biex il-proċess jitħaffef u jiġi ssimplifikatse nkomplu niżviluppaw relazzjonijiet strateġiċi ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UEse naħdmu mal-Istati Membri biex jinfetħu perkorsi legali għall-migrazzjoni, abbażi tal-ħtiġijiet tal-ekonomiji u r-reġjuni tagħna b’rabta mal-ħiliet X’sar s’issa Segwi, interessa ruħek, u ibqa’ aġġornat dwar il-progress ta’ inizjattivi ġodda, liġijiet proposti u bidliet leġiżlattivi taħt din il-prijorità Ottubru 2025Preżentazzjoni tal-pjan direzzjonali għad-Difiża biex jissaħħu l-kapaċitajiet tad-difiża EwropejLulju 2025It-tnedija tal-istrateġija ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva tal-UE u l-istrateġija ta’ kontromiżuri mediċi biex tiġi żgurata l-kontinwità ta’ oġġetti essenzjali u provvisti mediċi li jsalvaw il-ħajjaĠunju 2025 Il-Kummissjoni tipproponi Omnibus dwar id-Difiża biex tħaffef l-investimenti fil-qasam tad-difiża fl-UEApril 2025Il-Kummissjoni tiżvela l-ProtectEU, strateġija Ewropea ġdida għas-sigurtà internaMarzu 2025Il-preżentazzjoni tal-istrateġija għal unjoni ta’ preparatezza biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Ewropa li tipprevjeni u tirrispondi għal theddid emerġentiIl-Kummissjoni tiżvela l-white paper għad-difiża Ewropea u l-pjan ReArm Europe/Prontezza 2030Il-Kummissjoni tipproponi sistema Ewropea komuni ġdida għar-ritorniIl-Kummissjoni tipproponi att dwar il-mediċini kritiċi biex tagħti spinta lill-provvista tal-mediċini kritiċiUri 1 aktar oġġettiJannar 2025L-adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni għall-protezzjoni tas-settur tas-saħħa mill-attakki ċibernetiċi Fiċ-ċentru tal-attenzjoni Pjan Direzzjonali ġdid biex issaħħaħ il-kapaċitajiet tad-difiża EwropejIl-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli ppreżentaw pjan li jsaħħaħ il-kapaċitajiet tad-difiża Ewropej. Il-pjan direzzjonali l-ġdid tal-2030 għall-prontezza fid-Difiża jistabbilixxi għanijiet u stadji importanti biex jiġu indirizzati l-lakuni fil-kapaċitajiet, jitħaffu l-investimenti fid-difiża, u jiġi ggwidat il-progress tal-UE lejn prontezza sħiħa għad-difiża sal-2030.Sir af aktar Aħbarijiet 8 Diċembru 2025Statement by President von der Leyen following the meeting of the Coalition of the Willing8 Diċembru 2025Joint statement by High Representative Kallas and Commissioners Šuica and Lahbib on the first anniversary of the fall of the Assad regimeSee more news Suġġetti relatatiIl-migrazzjoni u l-ażilDifiża Ewropea aktar b’saħħithaL-industrija tad-difiża tal-UEIs-sigurtà internaIl-kriminalità organizzata u t-traffikar tal-bnedminIs-solidarjetà tal-UE mal-UkrajnaIl-protezzjoni ċivili Min hu inkarigatHenna VirkkunenViċi President Eżekuttiv għas-Sovranità Teknoloġika, is-Sigurtà u d-DemokrazijaKaja KallasIr-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u Viċi PresidentRoxana MînzatuViċi President Eżekuttiv għad-Drittijiet Soċjali, il-Ħiliet, l-Impjiegi ta’ Kwalità u l-PreparatezzaAndrius KubiliusKummissarju għad-Difiża u l-IspazjuHadja LahbibKummissarju għall-Ugwaljanza; il-Preparatezza u l-Ġestjoni tal-KriżijietMagnus BrunnerKummissarju għall-Affarijiet Interni u l-Migrazzjoni Il-prijoritajiet l-oħrajn tal-KummissjoniIl-kompetittivitàIl-ġustizzja soċjali EwropeaIl-kwalità tal-ħajjaId-demokrazija u l-valuri tagħnaEwropa globaliIl-baġit u r-riforma tal-UE
Qawwiet militari Ewropej li jipparteċipaw f’eżerċizzji militariSe naġixxu fil-qasam tad-difiża biex nipproteġu lill-Ewropej billingħinu lill-Istati Membri jibnu mill-ġdid, jirrikostitwixxu, u jittrasformaw il-qawwiet armati nazzjonali billi jibnu fuq il-programmi industrijali tad-difiża eżistenti, jinvestu f’kapaċitajiet ta’ livell għoli f’oqsma kritiċi bħat-taqbid fuq il-baħar, fuq l-art, u fl-ajru, it-twissijiet bikrin ibbażati fl-ispazju, u ċ-ċibersigurtàngħinu biex jinġabru flimkien ir-riżorsi u nilqgħu għat-theddidiet komuni permezz ta’ proġetti ewlenin tad-difiża Ewropea li. fl-aħħar mill-aħħar. jiġu deċiżi mill-Istati Membriniżviluppaw suq uniku għall-prodotti u s-servizzi tad-difiża, insaħħu r-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll il-kapaċità tal-produzzjoni fil-qasam tad-difiża, u ninkoraġġixxu l-akkwist konġuntIt-tisħiħ ulterjuri tal-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO se jkun fil-qalba ta’ din il-ħidma.
Il-pożizzjoni taċ-ċentru ta’ koordinazzjoni tar-reazzjoni f’każ ta’ emerġenza (ERCC, Emergency Response Coordination Centre)Se niżviluppaw strateġija għal unjoni tal-preparatezza biex niżguraw li nkunu mħejjijin aħjar għall-kriżijiet billinippreparaw aħjar lis-soċjetà kollha, inklużi ċ-ċittadini u s-settur privat, għal kriżijiet li jistgħu jinqalgħuinsaħħu l-kapaċitajiet tagħna biex nipprevedu u nantiċipawnindirizzaw theddidiet ġodda, b’mod partikolari theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari (CBRN) u marbut maċ-ċibersigurtànoffru sostenn lill-kontromiżuri mediċi kontra t-theddidiet għas-saħħa pubblika, inkluż l-akkwist konġunt u l-kumulazzjoni ta’ riżerva
Membri tal-Garda Siochana (il-Pulizija Irlandiża) jagħmlu r-ronda fil-belt ta’ DublinBiex in-nies iħossuhom imħarsin mill-perikli, se naħdmu fuqstrateġija Ewropea ġdida għas-sigurtà Interna fi sforz biex niżguraw li s-sigurtà tiġi integrata fil-leġiżlazzjoni tal-UEpjan ta’ azzjoni Ewropew ġdid kontra t-traffikar tad-droga, li permezz tiegħu se naħdmu ma’ oħrajn biex nimblukkaw ir-rotot u l-mudelli tan-negozju tat-traffikanti tad-drogaaġenda ġdida kontra t-terroriżmu biex nindirizzaw theddidiet ġodda u emerġenti u biex naffrontaw il-finanzjament tat-terroristi u r-radikalizzazzjoni b’aktar qawwa
Membru tal-ekwipaġġ tal-frejgata Taljana Virginio Fasan, li sservi fl-ambitu tal-operazzjoni EUNAVFOR ASPIDESBiex ikollna fruntieri komuni aktar b’saħħithomse nagħmlu sistema diġitali tal-ġestjoni tal-fruntieri li tkun tiffunzjona bis-sħiħse nimplimentaw metodu ta’ ġestjoni integrata tal-fruntierise niżviluppaw strateġija tal-UE għall-politika dwar il-viżise niżguraw li ż-żona Schengen tkun kompluta u tiffunzjona bis-sħiħ
Ħaddiem tal-għajnuna umanitarja tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM, International Organization for Migration) miexi f’kamp tar-refuġjatiIl-migrazzjoni hija sfida Ewropea li trid tiġi indirizzata b’soluzzjoni Ewropea. Biex niġġestixxu l-migrazzjoni b’mod effettiv, bis-solidarjetà bħala valur fundamentalise nwettqu l-patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil u ninkwadraw il-viżjoni tagħna, li tħares lejn il-futur, fl-ewwel strateġija Ewropea dwar il-migrazzjoni u l-ażil, li se tkopri ħames sninse nimbuttaw ’il quddiem approċċ komuni ġdid għar-ritorni biex il-proċess jitħaffef u jiġi ssimplifikatse nkomplu niżviluppaw relazzjonijiet strateġiċi ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UEse naħdmu mal-Istati Membri biex jinfetħu perkorsi legali għall-migrazzjoni, abbażi tal-ħtiġijiet tal-ekonomiji u r-reġjuni tagħna b’rabta mal-ħiliet
Pjan Direzzjonali ġdid biex issaħħaħ il-kapaċitajiet tad-difiża EwropejIl-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli ppreżentaw pjan li jsaħħaħ il-kapaċitajiet tad-difiża Ewropej. Il-pjan direzzjonali l-ġdid tal-2030 għall-prontezza fid-Difiża jistabbilixxi għanijiet u stadji importanti biex jiġu indirizzati l-lakuni fil-kapaċitajiet, jitħaffu l-investimenti fid-difiża, u jiġi ggwidat il-progress tal-UE lejn prontezza sħiħa għad-difiża sal-2030.Sir af aktar
8 Diċembru 2025Statement by President von der Leyen following the meeting of the Coalition of the Willing
8 Diċembru 2025Joint statement by High Representative Kallas and Commissioners Šuica and Lahbib on the first anniversary of the fall of the Assad regime
Kaja KallasIr-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u Viċi President
Roxana MînzatuViċi President Eżekuttiv għad-Drittijiet Soċjali, il-Ħiliet, l-Impjiegi ta’ Kwalità u l-Preparatezza