X’tagħmel l-UE It-tkabbir tal-UE huwa mutur ewlieni għas-sigurtà, il-paċi, l-istabbiltà, u l-prosperità fit-tul fl-Ewropa. Jippromwovi valuri komuni, inklużi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet fundamentali, filwaqt li jiffavorixxi t-tkabbir ekonomiku.Il-politika tat-tkabbir tapplika għall-pajjiżi li bħalissa qed jaspiraw li jingħaqdu mal-UE u li huma kandidati potenzjali. Il-prospett tas-sħubija hu stimulu qawwi biex isiru riformi demokratiċi u ekonomiċi fil-pajjiżi li jridu jsiru Stati Membri tal-UE.Il-Kummissjoni tgħin lill-pajjiżi li jixtiequ jissieħbu fl-Unjoni Ewropea biex jissodisfaw il-kriterji neċessarji u ssostnihom fl-implimentazzjoni tar-riformi ekonomiċi u demokratiċi relatati. L-objettivi ewlenin tal-politika tat-tkabbir tal-UE huma linippromwovu l-paċi u l-istabbiltà fir-reġjuni qrib il-fruntieri tal-UEnikkontribwixxu għat-titjib tal-kwalità ta’ ħajjet in-nies permezz tal-integrazzjoni u l-kooperazzjoni bejn naħa u oħra tal-fruntieriinżidu l-prosperità u l-opportunitajiet għan-negozji u ċ-ċittadini Ewropejnipprovdu gwida, nappoġġaw, u nimmonitorjaw il-bidliet f’pajjiżi li jixtiequ jissieħbu fl-Unjoni Ewropea f’konformità mal-valuri, il-liġijiet, u l-istandards tal-UE Kellna seba’ ċikli ta’ tkabbir, li kull darba ttrasformaw kemm lill-Unjoni Ewropea kif ukoll lill-pajjiżi li ssieħbu. Illum il-ġurnata l-Unjoni Ewropea għandha 27 pajjiż. Bħalissa hemm 10 membri aspiranti li huma involuti fil-proċess tal-adeżjoni. Kif jaħdem it-tkabbir tal-UELiema pajjiżi jistgħu jissieħbu fl-UE?Kull pajjiż Ewropew jista’ japplika għas-sħubija jekk ikun jirrispetta l-valuri demokratiċi tal-UE u jkun impenjat li jippromwovihom. Pajjiż jista’ jissieħeb biss jekk ikun jissodisfa l-kriterji kollha tas-sħubija.X’inhuma l-passi li pajjiż irid jieħu biex jissieħeb?Hemm 3 stadji prinċipali li huma suġġetti għall-approvazzjoni tal-Istati Membri kollha tal-UE.Matul il-proċess tal-adeżjoni, il-Kummissjoni tgħin lill-pajjiżi li jixtiequ jissieħbu fl-UE biex jissodisfaw il-kriterji neċessarji għas-sħubija, u ssostnihom fl-implimentazzjoni tar-riformi ekonomiċi u demokratiċi relatati. Ir-riżultati ta’ dawn ir-riformi jridu jkunu konkreti, sostenibbli, u irriversibbli.Meta n-negozjati u r-riformi li jmorru magħhom jitlestew u jkun hemm qbil dwarhom miż-żewġ naħat, il-pajjiż ikun jista’ jissieħeb fl-UE – jekk jaqblu l-Istati Membri kollha tal-UE. Oqsma fejn trid tittieħed azzjoniL-istat tad-drittL-obbligi li l-pajjiżi jridu jissodisfaw qabel ma jissieħbu fl-UE, u kif l-UE ssostni lill-pajjiżi li qegħdin fil-proċess tal-adeżjoni biex jistabbilixxu soċjetà bbażata fuq l-istat tad-drittIl-libertà tal-espressjoni u tal-midjaKif l-UE tappoġġa l-libertà tal-espressjoni kif ukoll il-libertà u l-integrità tal-midja fil-pajjiżi li qegħdin fil-proċess tal-adeżjoniIs-soċjetà ċiviliDak li tagħmel l-UE biex tappoġġja l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja soċjali u politika fil-pajjiżi li qegħdin fil-proċess tal-adeżjoniIl-kooperazzjoni reġjonaliKif l-UE tippromwovi l-kooperazzjoni biex tindirizza l-isfidi komuni fir-reġjun tal-Balkani tal-PunentIs-Suq Reġjonali KomuniIl-Balkani tal-Punent qed jibnu suq komuni biex jintegraw aħjar lir-reġjun mas-Suq Uniku tal-UE qabel ma sseħħ l-adeżjoniIl-governanza ekonomikaIl-kriterji ekonomiċi li l-pajjiżi jridu jissodisfaw qabel ma jissieħbu fl-UE, u kif l-UE ssostni lill-pajjiżi biex jagħmlu r-riformi ekonomiċi meħtieġaL-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-AdeżjoniL-UE tipprovdi assistenza finanzjarja u teknika biex tappoġġa r-riformi fir-reġjun tat-tkabbir Il-kisbiet ewlenin It-tkabbir żied il-prosperità, tejjeb l-istandards tal-għajxien, u saħħaħ id-demokrazija u s-sigurtà kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi involuti fil-proċess tal-adeżjoni.L-impenn tal-UE fil-Balkani tal-Punent għen biex jissolva l-kunflitt, jiġu promossi l-kooperazzjoni u r-rikonċiljazzjoni, u jingħata sostenn biex fir-reġjun isiru riformi demokratiċi u ekonomiċi.L-UE saret l-akbar suq uniku fid-dinja li għamilha sieħeb kummerċjali saħansitra aktar attraenti. Mill-2004 ’l hawn, il-kummerċ internazzjonali globali tagħna kiber u fl-2023 laħaq il-€5 triljun.L-ekonomija tal-UE kibret b’27 % mill-2004, meta 10 pajjiżi saru Stati Membri, ’l hawn.Bis-saħħa tal-investimenti u l-fondi tal-UE, madwar is-27 Stat Membru nbnew infrastruttura u konnessjonijiet moderni fuq skala kontinentali.Is-soċjetà Ewropea bbenefikat minn aktar innovazzjonijiet, investimenti pubbliċi u privati, il-moviment liberu tal-merkanzija, tas-servizzi, tal-kapital u tan-nies, standards ogħla u opportunitajiet akbar. Taħt il-lenti Il-Kummissjoni tirrapporta dwar il-progress tal-membri aspiranti tal-UEIl-Kummissjoni adottat ir-rapporti tal-2025 dwar it-tkabbir, li jagħtu valutazzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni attwali u tal-progress li sar minn dawk li applikaw biex jissieħbu fl-UE. Ir-rapporti jkopru l-Montenegro, l-Albanija, l-Ukrajna, ir-Repubblika tal-Moldova, is-Serbja, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo, it-Turkija u l-Georgia. Jipprovdu wkoll gwida dwar ir-riformi ewlenin li kull sieħeb tat-tkabbir irid jagħmel biex ikompli triqtu lejn l-UE.Sir af aktar L-aħħar aħbarijiet News article11 Diċembru 2025Joint Statement between Commissioner Marta Kos and Deputy Prime Minister of Ukraine Taras Kachka6 min qariNews article10 Diċembru 2025Commissioner Kos in Ukraine to advance EU accession process1 min qariAra kollox Informazzjoni relatataId-Direttorat Ġenerali għat-Tkabbir u għall-Viċinat tal-LvantIl-liġiIt-tkabbir tal-UE fi ftit kliem
It-tkabbir tal-UE huwa mutur ewlieni għas-sigurtà, il-paċi, l-istabbiltà, u l-prosperità fit-tul fl-Ewropa. Jippromwovi valuri komuni, inklużi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet fundamentali, filwaqt li jiffavorixxi t-tkabbir ekonomiku.Il-politika tat-tkabbir tapplika għall-pajjiżi li bħalissa qed jaspiraw li jingħaqdu mal-UE u li huma kandidati potenzjali. Il-prospett tas-sħubija hu stimulu qawwi biex isiru riformi demokratiċi u ekonomiċi fil-pajjiżi li jridu jsiru Stati Membri tal-UE.Il-Kummissjoni tgħin lill-pajjiżi li jixtiequ jissieħbu fl-Unjoni Ewropea biex jissodisfaw il-kriterji neċessarji u ssostnihom fl-implimentazzjoni tar-riformi ekonomiċi u demokratiċi relatati.
L-istat tad-drittL-obbligi li l-pajjiżi jridu jissodisfaw qabel ma jissieħbu fl-UE, u kif l-UE ssostni lill-pajjiżi li qegħdin fil-proċess tal-adeżjoni biex jistabbilixxu soċjetà bbażata fuq l-istat tad-dritt
Il-libertà tal-espressjoni u tal-midjaKif l-UE tappoġġa l-libertà tal-espressjoni kif ukoll il-libertà u l-integrità tal-midja fil-pajjiżi li qegħdin fil-proċess tal-adeżjoni
Is-soċjetà ċiviliDak li tagħmel l-UE biex tappoġġja l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja soċjali u politika fil-pajjiżi li qegħdin fil-proċess tal-adeżjoni
Il-kooperazzjoni reġjonaliKif l-UE tippromwovi l-kooperazzjoni biex tindirizza l-isfidi komuni fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent
Is-Suq Reġjonali KomuniIl-Balkani tal-Punent qed jibnu suq komuni biex jintegraw aħjar lir-reġjun mas-Suq Uniku tal-UE qabel ma sseħħ l-adeżjoni
Il-governanza ekonomikaIl-kriterji ekonomiċi li l-pajjiżi jridu jissodisfaw qabel ma jissieħbu fl-UE, u kif l-UE ssostni lill-pajjiżi biex jagħmlu r-riformi ekonomiċi meħtieġa
L-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-AdeżjoniL-UE tipprovdi assistenza finanzjarja u teknika biex tappoġġa r-riformi fir-reġjun tat-tkabbir
Il-Kummissjoni tirrapporta dwar il-progress tal-membri aspiranti tal-UEIl-Kummissjoni adottat ir-rapporti tal-2025 dwar it-tkabbir, li jagħtu valutazzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni attwali u tal-progress li sar minn dawk li applikaw biex jissieħbu fl-UE. Ir-rapporti jkopru l-Montenegro, l-Albanija, l-Ukrajna, ir-Repubblika tal-Moldova, is-Serbja, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo, it-Turkija u l-Georgia. Jipprovdu wkoll gwida dwar ir-riformi ewlenin li kull sieħeb tat-tkabbir irid jagħmel biex ikompli triqtu lejn l-UE.Sir af aktar
News article11 Diċembru 2025Joint Statement between Commissioner Marta Kos and Deputy Prime Minister of Ukraine Taras Kachka6 min qari